Issa li x-xogħol fuq is-sede l-ġdida tal-klabb jinsab fi stat avvanzat, il-Kumitat bi pjaċir jixtieq iħabbar li reġgħu bdew isiru arranġamenti biex il-klabb ikun jista’ joffri pakketti tal-ivvjaġġar għal dawk kollha li jixtiequ jaraw lil Juventus kemm fil-Juventus Stadium kif ukoll madwar l-Ewropa għal logħob taċ-Champions League!
Għaldaqstant fl-aħħar ġranet kienu qed isiru arranġamenti mal-aġenziji li l-klabb jaħdem magħhom sabiex inkunu nistgħu noffru dawn il-pakketti għal-logħob importanti li jmiss.
Juventus-Palermo/Porto-Juventus (17-23 ta’ Frar)
Se jiġi organizzat pakkett li jinkludi t-titjiriet kollha, żewġt iljieli akkomodazzjoni f’Turin, erbat iljieli akkomodazzjoni f’Porto, it-transfers kollha, biljett għal-logħba tas-Serie A bejn Juventus u Palermo fil-Juventus Stadium kif ukoll biljett għal-logħba taċ-Champions League f’Estádio do Dragão kontra Porto, fil-Portugall u assistenza kemm f’Turin kif ukoll f’Porto.
Il-prezz ta’ dan il-pakket jibda minn €785. Alternattivament qed jiġu offruti wkoll pakketti għal-logħba tas-Serie A kontra Palermo biss, li jibdew minn €455, kif ukoll għal-logħba taċ-Champions League kontra Porto fil-Portugall biss għall-prezz ta’ €455.
Jekk hemm min għandu t-titjiriet ikkonfermati, mill-prezz tal-pakkett jitnaqqas dak l-ammont.
Juventus-Milan/Juventus-Porto (10-15 ta’ Marzu)
Se jiġi organizzat pakket li jinkludi t-titjiriet kollha, ħamest iljieli akkomodazzjoni f’Turin, it-transfers kollha, biljett għal-logħba tas-Serie A bejn Juventus u Milan fil-Juventus Stadium, kif ukoll biljett għal-logħba taċ-Champions League, dejjem fil-Juventus Stadium, kontra Porto u assistenza f’Turin.
Il-prezz ta’ dan il-pakket jibda minn €785. Alternattivament qed jiġu offruti wkoll pakketti għal-logħba tas-Serie A kontra Milan biss, li jibdew minn €540, kif ukoll għal-logħba taċ-Champions League kontra Porto biss, li jibdew mill-prezz ta’ €465.
Jekk hemm min għandu t-titjiriet ikkonfermati, mill-prezz tal-pakkett jitnaqqas dak l-ammont.
Għal iktar informazzjoni kkuntattja xi membru tal-Kumitat jew ejja l-klabb fil-ġranet tal-ftuħ.










