Is-swali tal-JCMCB, fi Triq Troubridge, il-Marsa, għal dawn il-jumejn inbidlu għax qed jospitaw il-kompetizzjoni u wirja prestiġjuża tal-qtates: WCF Jubilee Cat Show.

L-esebizzjoni tal-qtates, li qed issir bejn illum u għada, tkun miftuħa b’xejn sas-18:00 u għaliha waslu f’pajjżna judges mill-Italja u mill-Polonja.

B’hekk is-swali tal-klabb għelbu l-isfida ta’ lukandi ewlenin li xtaqu jospitaw id-WCF Jubilee Cat Show, li din is-sena se ssir bejn it-13 u l-14 t’Ottubru, fil-waqfa tal-kampjonat. L-organizzazzjoni hi f’idejn Malta Cat Lovers.