Il-familja tal-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio bagħtet banner lill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bħala rigal.
Minbarra ritratt ta’ Marchisio jsellem waqt logħba, dan il-banner hu wkoll personalizzat hekk kif fuqu wieħed isib ukoll isem pajjiżna, Malta.
Dan il-banner mistenni jintuża għall-ewwel darba fil-jiem li ġejjin, fil-Curva Sud, u wara fl-Ingilterra għal-logħba bejn Juventus u Tottenham.