Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero fl-aħħar jiem laqa’ lill-Ambaxxatrċi Maltija għall-Italja, Vanessa Frazier, fil-premises tal-Marsa.
Fi tmiem laqgħa produttiva li matulha ġew diskussi diversi opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni għall-ġid tal-Juventini Maltin kollha, hi għaddiet flokk iffirmat mill-plejers kollha li kienu parti mill-iskwadra ta’ Juventus matul l-istaġun li għadda.
Dan hu flokk sinifikattiv, mhux biss għaliex bih Juventus kisbu s-sitt kampjonat konsekuttiv, li hu rekord għall-Italja, imma wkoll għaliex hu l-aħħar flokk ta’ Juventus bl-arma preċedenti kif ukoll l-aħħar wieħed li libes Dani Alves mal-klabb.
Il-flokk se jinżamm u jkun esebit fil-klabb biex jitgawda mill-Juventini Maltin kollha.
Il-Kumitat jirringrazzja lill-Ambaxxatriċi Frazier mhux biss ta’ din id-donazzjoni, imma wkoll tal-għajnuna tagħha u tal-Ambaxxata lill-Maltin, inkluż fl-inċident sfortunat tal-lejla tal-finali taċ-Champions League fi Piazza San Carlo.





