Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil Joseph M. Debono, li ta sett tas-Subbuteo b’donazzjoni lill-klabb.

Din l-għotja hi pass ieħor biex jitwaqqaf klabb ġdid tas-Subbuteo li jirrappreżenta lil Juventus f’pajjiżna bl-idea tkun li minbarra li l-klabb ikollu attrazzjoni oħra għall-membri tiegħu, ikun ukoll qed jgħin f’qawmien mill-ġdid għal dan l-isport.

L-istess Joseph M. Debono, li jmexxi lil Attard Subbuteo Club u għandu għexieren ta’ snin ta’ esperjenza f’dan l-isport, se jieħu t-tmexxija ta’ dan il-proġett f’isem il-klabb.

Hekk kif fil-jiem li ġejjin il-klabb jinvesti f’mejda tas-subbuteo, il-klabb qed jilqa’ plejers li jixtiequ jitgħallmu jew jilgħabu s-subbuteo kif ukoll stabbilimenti li jixtiequ jisponsorjaw dan il-proġett. Tal-għajnuna tagħhom, dawn l-istabbilimenti jieħdu riklamar u saħansitra l-possibbiltà li t-tim jissemma għalihom.