Il-Juventus Club Cuore Bianconero, kif ukoll il-JCMCB Bar & Grill li jopera fi ħdanu, ġew “promossi b’punti massimi” minn wieħed mill-kompetituri tat-turnew nazzjonali ta’ Tekken li sar fi tmiem il-ġimgħa.

Wieħed mill-kompetituri, Deathadder, kellu kliem ta’ tifħir għall-post, is-servizzi u l-kwalità tal-ikel offrut fil-klabb.

“Post promoss b’punti massimi, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero. Post spazjuż kemm hemm bżonn, b’sala ddedikata għall-kummentaturi u komda għall-istreaming live, waqt li fis-sala prinċipali kien hemm 32 monitor wiċċ imb’wiċċ. Mill-aqwa anke l-bar/pub b’menù mill-aqwa u prezzijiet vantaġġjużi li jxaqilbu iktar lejn l-irħis, menu tal-pranzu inkluż fil-prezz tal-kompetizzjoni u gadgets u ikel ieħor b’xejn. TOP!”

Hi din id-dikjarazzjoni tal-kompetitur, li flimkien ma’ 19-il Taljan ieħor qattgħu jum sħiħ fil-klabb. Deathadder eventwalment spiċċa l-kompetizzjoni mal-aqwa 8.

Questo week end come saprete si è svolto un torneo a Malta 🇲🇹, trattasi del Malta tekken national,evento annuale…

Geplaatst door Deathadder op Maandag 19 november 2018