Il-partitarji ta’ Inter qed jiħduha qatta bla ħabel kontra d-Direttur Sportiv ġdid, Beppe Marotta, għall-kontroversja dwar Mauro Icardi.

Il-plejer tneħħietlu l-faxxa ta’ captain, bil-konsegwenza li għażel li jirrifjuta li jitla’ mal-iskwadra għal-logħba kontra Rapid Wien.

Kien hawn li diversi partitarji, fuq il-midja soċjali, infexxew f’Beppe Marotta li saħansitra akkużawh li hu infiltrat ta’ Juventus u li qed joħolqilhom il-problemi biex ikisser lill-klabb.

L-akkużi tal-Interisti saħansitra laqtu l-għajn tal-amministraturi tal-paġna satirika Gli Autogol.

Sors: Twitter

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280