Minkejja d-diżappunt li ħakem lid-dinja Juventina minħabba l-eliminazzjoni kontra Bayern Munich fiċ-Champions League, it-tim tal-Primavera mmexxi minn Fabio Grosso kkonsla xi ftit lill-partitarji hekk kif grazzi għar-rebħa ta’ 1-0 fuq Crotone, irnexxielu jaqta’ l-passaġġ għar-rawnd li jmiss fit-turnew ta’ Viareggio.

Il-gowl tar-rebħa wasal wara sitt minuti biss grazzi għal xutt mill-isbaħ taċ-Ċiprijott Grigoris Kastanos.

Madankollu, Crotone kellhom reazzjoni b’saħħitha għal dan il-gowl tant li għal ftit ma kinux se jġibu d-dro minn Daniele Pupa li ġiegħel lill-goalkeeper Mattia Del Favero jipproduċi save mill-isbaħ.

Crotone baqgħu jissieltu anke fit-tieni taqsima, fejn fost l-oħrajn xutt ta’ Giuseppe Faiello ġie milqugħ fuq il-linja minn Pol Lirola.

Juventus żammew sod sal-aħħar minuta biex kisbu rebħa oħra importanti. Il-partita li jmiss tkun dik kontra l-Amerikani ta’ L.I.A.C. New York, nhar is-Sibt li ġej fit-15:00.

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.