Illejla l-Juventus Club Malta Cuore Bianconero tal-Marsa se jkun miftuħ għal dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna biex isegwu l-ewwel logħba ta’ ħbiberija ta’ Juventus, kontra Barcelona.

Il-logħba tintlagħab fl-Istati Uniti, waqt li f’pajjiżna l-ħin se jkun nofsillejl, u tifforma parti mill-International Champions Cup. Logħba li matulha, fost l-oħrajn, mistenni jingħata d-debutt lill-akkwist ġdid Douglas Costa.

Preżenti fil-klabb se jkun hemm ukoll membri tal-Kumitat li jistgħu jaqdu lill-Juventini Maltin, inkluż fit-tiġdid tas-sħubija tal-klabb. Id-dħul hu b’xejn, inkluż għal min mhux membru tal-klabb.