Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar ftehim li ntlaħaq mal-aġenzija tal-ivvjaġġar, Britannia Tours, sabiex jiġu organizzati tours għal-logħob ta’ Juventus.

Dan il-pass qiegħed isir wara li f’Jannar li għadda l-Kumitat għamel analiżi tal-ammont dejjem jiżdied ta’ talbiet għat-tours. Għalkemm sa issa s-servizz li ġie offrut dejjem kien ta’ livell għoli, il-Kumitat iddeċieda li jissieħeb ma’ aġenzija rinomata sabiex il-membri jiġu offruti livell ta’ servizz professjonali, minn aġenzija liċenzjata.

Wara laqgħat ma’ aġenziji differenti, il-Kumitat għażel li jidħol fi ftehim formali u esklussiv ma’ Britannia Tours. L-aġenzija, li tgawdi minn reputazzjoni eċċezzjonali, se toffri l-assistenza tagħha permezz tal-esperjenza li kisbet tul is-snin.

Il-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta’ April 2018, bl-ewwel tours se jitħabbru din il-ġimgħa.