Bi pjaċir il-klabb iħabbar l-ewwel tours tal-istaġun li jinkludu t-titjiriet, akkomodazzjoni u naturalment il-biljett tal-logħba magħżula. Din is-sena l-klabb qiegħed jaħdem flimkien mal-aġenzija tal-ivvjaġġar Britannia Tours sabiex iwassal lill-membri servizz imsaħħaħ grazzi għall-esperjenza u professjonalità ta’ din l-aġenzija.
B’dan il-mod kollox qiegħed isir skont il-liġijiet li jirregolaw is-settur, filwaqt li l-membri jistgħu jinqdew minn 5 uffiċċji f’lokalitajiet differenti: Il-Belt Valletta, Raħal Ġdid, Mosta, Ħal-Qormi u anke Għawdex.
It-tours li ser isiru huma dawn:
Juventus vs Cagliari
Juventus vs Manchester United
Juventus vs Spal
Juventus vs Valencia
Għal aktar informazzjoni u bookings tista’ ċċempel fuq 21245418 jew 21238039.