Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li nieda servizz ġdid għall-membri tiegħu, bit-twaqqif JCMCB Merchandise Store.

Dik li s’issa hi inizjattiva online, tifforma parti minn proġett ikbar li se jkompli jiżviluppa u jikber fix-xhur li ġejjin, biex il-Juventini Maltin kollha jkunu jistgħu jakkwistaw prodotti uffiċjali ta’ Juventus u wkoll prodotti maħluqa mill-klabb stess.

Jekk wieħed isegwi l-paġna fuq Facebook, isib diversi prodotti li jistgħu jiġu akkwistati, fosthom il-flokkijiet uffiċjali ta’ Juventus għas-sena d-dieħla. Hu possibbli wkoll li wieħed jagħmel pre-order tal-flokkijiet taċ-ċelebrazzjoni li mistennija joħorġu Juventus għar-rebħ tal-kampjonat.

Il-ħanut onlajn jista’ jiġi aċċessat billi tagħfas fuq: JCMCB Merchandise Store.