Dawk interessati li jitilgħu l-Italja għal-logħba bejn Juventus u Roma jistgħu jibbenefikaw minn offerta tal-linja tal-ajru Air Malta. Għal din il-logħba, il-klabb se jorganizza wkoll tour.
Il-logħba ser tintlagħab fis-17 jew it-18 ta’ Diċembru u għalhekk min hu interessat għandu jibbukkja t-titjiriet minn Malta għal Linate ta’ nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Diċembru, u r-ritorn nhar it-Tnejn, 19 ta’ Diċembru.
Il-prezzijiet b’rabta ma’ din l-offerta huma ferm irħas minn titjiriet ta’ kumpaniji oħra u l-offerta tintemm għada fid-9 ta’ filgħodu.






