Wara l-infern li għaddew il-partitarji Juventini mill-2006 meta waqqgħuna Serie B sa Settembru 2011, Juventus bdejna ġirja ta’ kampjonati rebbieħa u ċ-ċiklu rebbieħ għadu għaddej sal-ġurnata tal-lum. Imma x’ġara fil-11 ta’ Settembru 2011?

Kienet l-ewwel logħba uffiċjali mill-kampjonat 2011-2012 fejn fl-ewwel partita li saret fin-12.30, Juventus laqgħu lil Parma għall-ewwel darba fil-Juventus Stadium, mimli b’attendenza ta’ 35,920 ruħ u rrreffjata minn Domenico Celi. Logħba li ma kienet tfisser xejn għall-partitarji Juventini, anzi kienu ħerqana biex jaraw jekk din id-darba humiex se jsibu xi ħaġa aħjar mis-7 post li sabu quddiem wiċċhom ftit xhur qabel, barra minn kull kompetizzjoni Ewropea.

Madankollu, fl-ewwel kwarta logħob, pass fil-għoli mingħand Pirlo li qasam id-difiża ta’ Parma u l-ballun jispiċċa f’saqajn Lichtsteiner li jaqbeż il-gowler u jsib ix-xibka. Gowl fid-debutt għall-plejer Żvizzeru. L-ewwel taqsima ma rat xejn iktar soddisafaċenti u dan innervja mhux ftit lil Conte.

U dan narawh fit-tieni taqsima, hekk kif fis-57 minuta, Juventus jisirqu ballun f’nofs il-grawnd minn Marchisio, li jqassam lil Del Piero, javvanza u għal darb’oħra jaqsam id-difiża biex isib lil Simone Pepe, li b’xutt fil-baxx imma b’saħħtu jegħleb lil Mirante għat-tieni gowl Juventin.

Hekk kif deher li l-logħba ħa tispiċċa favur Juventus b’dan l-iskor, fit-73 minuta, xutt ta’ Marchisio jaħbat ma’ plejer ta’ Parma, u mir-rebound Vidal jixxuttja u jegħleb lill-gowler għat-tielet gowl Juventin. Eżultanza tal-qalb sinonima ma’ Re Arturo u t-tieni gowl fid-debutt wara Lichtsteiner.

Għaxar minuti biss wara, Pirlo deher jikrossja ballun minn fuq ras id-difensuri ta’ Parma, il-ballun wasal f’saqajn Marchisio li b’akrobazija fl-arja jqabbeż il-ballun fuq Mirante għall-erbgħa b’xejn Juventin.

Il-gowl minn penalty ta’ Giovinco għal Parma ma kienx biżżejjed biex ibiddel il-burdata tal-partitarji Juventini li kienu preżenti fil-Juventus Stadium. Min kellu jgħidilhom x’kien ġej għalihom, 37 partita wara?

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
 
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com[/fusion_text]
dical-banner-1200×280