Hekk kif issa fadal biss ġimgħa biex il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jinawgura l-kwartieri l-ġodda tiegħu fil-Marsa, ix-xogħol mill-membri tal-Kumitat u voluntiera oħra ma jaqta’ xejn.

Matul il-ġurnata ġiet installata sistema tal-aqwa kwalità ta’ dawl li mhux biss se tintuża fil-ftuħ uffiċjali tal-1 ta’ Frar, imma wkoll matul l-istaġun qabel, waqt u wara l-logħob ta’ Juventus.

Dan ix-xogħol kien possibbli wkoll grazzi għall-ħiliet kbar tal-membru tal-Kumitat, Paul Valletta, li għandu esperjenza ta’ snin twal fl-istallazzjoni ta’ sistemi tad-dawl u sound.

Jekk tixtieq tgħin lill-klabb, u fl-istess waqt tnaqqax ismek fl-istorja tal-klabb, żur: http://www.zaar.com.mt/projects/searching-for-300-juventus-supporters/

dical-banner-1200×280