Il-Kumitat ikompli bl-investiment tiegħu bl-għan li kemm jista’ jkun il-kwartieri l-ġodda fil-Marsa jkunu aċċessibbli għal ġenituri bi tfal żgħar.
Minbarra l-lift u l-faċilitajiet biex il-ġenituri jkunu jistgħu jbiddlu l-ħrieqi ta’ wliedhom, issa nxtraw ukoll high chairs li se jkunu disponibbli għal dawk li jkollhom mejda ordnata fil-JCMCB Bar & Grill.
Dawn jistgħu jintużaw ukoll waqt attivitajiet privati li jsiru fis-swali tal-kwartieri tal-klabb.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






