Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero għandu żewġ biljetti VIP li qed itella’ b’xejn għal logħba ta’ Juventus fl-Allianz Stadium matul l-istaġun li ġej.

Tixtieq tittanta xortik u tgħix l-aqwa esperjenza possibbli fl-Allianz Stadium? Li għandek tagħmel hu li nhar is-Sibt 4 ta’ Awwissu tattendi l-klabb bejn l-10:00 u l-17:00 u tirreġistra bħala membru tal-klabb jew iġġedded is-sħubija tiegħek.

Dakinhar, matul il-ġurnata kollha, il-klabb se jorganizza Open Day li matulha dawk li jattendu jistgħu jitkellmu mal-membri tal-Kumitat dwar id-diversi servizzi offruti, kif ukoll jitpaxxew b’oġġetti ta’ Juventus, uħud milbusa jew iffirmati u oħrajn li qatt ma kienu għall-wiri qabel.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280