Dawk li jsegwu l-logħob ta’ Juventus kontra Genoa u Manchester United fil-klabb se jidħlu biċ-ċans li jirbħu flokk uffiċjali u oriġinali ta’ Cristiano Ronaldo.

Il-flokk, li hu t-tieni flokk ta’ Juventus, jinkludi mhux biss isem Ronaldo u n-numru tiegħu, imma wkoll il-patches tas-Serie A u l-Coppa Italia, apparti r-riklam ta’ Cygames li normalment ma jkunx disponibbli.

Biex wieħed jidħol f’din il-kompetizzjoni għandu jakkwista biljett, bir-rebbieħ jintgħażel fi tmiem l-ewwel taqsima tal-logħba tat-Tlieta, kontra Manchester United.