Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li għal-logħba kontra Atlético de Madrid, dawk li jattendu l-klabb se jkunu jistgħu jidħlu biċ-ċans li jirbħu ġakketta uffiċjali ta’ Juventus.

Uffiċjalment magħrufa bħala Juventus Clay Z.N.E. Jacket Knit 2018/19, din il-ġakketta tikkumplimenta l-home kit. Mill-Juventus Store, din il-ġakketta tiswa’ €79.95 waqt li f’pajjiżna tista’ tinkiseb mingħand Eurosport, li huma sponsors tal-klabb.