Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero għada se jrebbaħ żewġ biljetti għal-logħba bejn Juventus u Bologna li tintlagħab f’Settembru.

Dawn il-biljetti, fis-settur Sivori, ġew offruti lill-klabb minn Dical House tal-Mosta. L-istess stabbiliment, li joffri ikel tal-aqwa kwalità u ta’ ditti rinomati internazzjonalment, se jkun rappreżentat bi stand matul l-Open Day li tiftaħ fl-10:00 u tibqa’ għaddejja sal-17:00.

Kull min iżur din l-istand se jidħol fiċ-ċans ukoll li jirbaħ hamper, ġentilment mogħti lilna minn Dical House stess.

Biex wieħed jidħol fiċ-ċans li jirbaħ irid jissieħeb membru tal-klabb waqt din l-Open Day.