Madwar 25 tifel u tifla ta’ etajiet differenti l-Ħadd filgħodu attendew ir-riċeviment tal-Milied li ta’ kull sena jiġi organizzat mill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

Dawk li attendew mhux biss kellhom ikel u xorb abbundanti, imma matul il-ġurnata tpaxxew b’animazzjoni mill-aqwa, b’hand u face painting kif ukoll ħarġu mill-klabb b’diversi rigali.

Il-klabb jirringrazzja lil JCMCB Bar & Grill u lil La Ciliega Dolceria għall-ikel u x-xorb, lil Party Trap Animation u lil Horizons, lil Mark’s Toy Shop u lil Omar Busuttil tar-rigali.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280