Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero u l-Juventus Club Caserta Gigi Buffon issiġillaw ftehim ta’ ħbiberija bejniethom li għandu jwassal għal benefiċċji għall-membri tal-klabbs rispettivi.

Il-ħbiberija bejn iż-żewġ klabbs bdiet ftit xhur ilu meta membru tal-klabb Taljan intlaqa’ fil-premises l-antiki tal-klabb fejn segwa l-logħba magħna u ngħata ammont ta’ rigali bħala merħba.

Biex jirreċiprokaw, il-Viċi President tal-klabb Taljan, Dr Giovanni Rulli akkumpanjat minn Giuseppe Maione ltaqgħu mal-President tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero Omar Busuttil u s-Segretarju Ġenerali Jean Borg.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280