B’investiment qawwi, il-J Hall joffri ambjent mill-aqwa għal kull tip ta’ funzjonijiet privati f’ambjent sigur u komdu.
Il-post joffri l-opportunità ideali għal kull tip ta’ funzjoni privata u parties b’garanzija ta’ serata memorabbli, sew jekk qed tiċċelebra jum ta’ anniversarju, magħmudija, Griżma, birthday jew gradwazzjoni.
Il-J Hall jinkludi żona dedikata għal dawk li jxitiequ jorganizzaw xi ikla, grazzi għall-JCMCB Bar & Grill li jinkludi bar kif ukoll kċina tal-ogħla livell u ristorant immexxi minn kokijiet Maltin u barranin b’esperjenza ta’ snin twal.
Dan joffri l-opportunità li jkunu organizzati ikliet f’kull ħin tal-ġurnata, inkluż coffee mornings, ikliet ta’ waranofsinhar jew filgħaxija u hu ideali għal staff parties jew reunions.
Minkejja li l-post hu użat bħala post fejn jintwera l-logħob tal-futbol, hu ddiżinjat b’mod li jista’ jintuża wkoll għal attivitajiet oħra bħal konferenzi, kemm lokali kif ukoll nazzjonali, receptions u esibizzjonijiet.
B’sistema ta’ dawl u sound tal-aqwa kwalità, il-J Hall jista’ jintuża wkoll għal parties tat-tfal, disco parties jew kull attività tematika oħra matul is-sena.
Il-post hu wkoll wieħed sigur u jista’ jintuża għal klassijiet ta’ kull tip, inkluż għat-tagħlim, żfin, arti, kant jew reċtar.
Fl-ippjanar tal-post ingħatat attenzjoni speċjali għall-aċċessibbiltà bl-għan li l-post ikun ideali wkoll għall-anzjani, ġenituri bi tfal żgħar jew persuni b’diffikultà ta’ mobbiltà. Dan bl-istallazzjoni ta’ lift, rampi kif ukoll kmamar tal-banju għal persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.
Jista’ jsir użu wkoll minn faċilitajiet biex il-ġenituri jkunu jistgħu jbiddlu lil uliedhom f’kamra tal-banju li tista’ tintuża minn persuni ta’ kull sess. Wieħed isib ukoll smoking area u terrazzin kbir għal attivitajiet li jsiru fis-sajf.
Il-membri tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jingħataw skont meta jikru l-post għal attivitajiet personali. Għal iktar informazzjoni kkuntattja lil Charles Caruana fuq admin@juventusmalta.com jew fuq il-paġna JCMCB Events.









