Is-soltu jien inkun wieħed li mmaqdar bla kantunieri u għalkemm ċertu affarjiet ma laqtuni xejn din is-sena, madankollu xorta nemmen li Juventus kellhom suq ta’ trasferimenti tajjeb ħafna. Ħa nkun qed nibda nsemmi xi diżappunti imbagħad nagħlaq bl-aħbarijiet sbieħ li waslu dan is-sajf.

L-ewwel diżappunt huwa li Hernanes ħa jibqa’ f’tim li għamel minn kollox biex jeħles minnu billi offrieh lil ħafna timijiet. Hekk kif kien viċin li jingħaqad ma’ Genoa, l-aħħar trasferiment ta’ Juventus falla allura Hernanes kellu jibqa’.

Diżappunt ieħor huwa l-fatt li Juventus naqsu milli jixtru s-sostitut ta’ Pogba. Ma qbilt xejn li ħallew sal-aħħar minuti sabiex jġibu plejer li kellna bżonn immens f’nofs il-grawnd. Turina li ma tgħallimna xejn mis-saga ta’ Draxler. L-uniku pożittiv li nara huwa li issa hemm iċ-ċans li Witsel jiġi magħna gratis is-sena d-dieħla!

Fl-aħħar qed nara trend ċara li Juventus qed isibuha iebsa biex jixtru plejers ta’ stoffa mill-aqwa skwadri fl-Ewropa u għalhekk qed jirrikorru għal plejers naqra inqas perfetti. Dan rajnieh fit-transfer ta’ Cuadrado, li għalkemm huwa akkwist tajjeb ħafna, xorta nħoss li dan it-transfer ħa fit-tul għalxejn.

Però, tul dan is-suq ta’ trasferimenti rajna ħafna aħbarijiet ġodda li żgur ħallewna mqajmin bil-lejl. L-ikbar aħbar hija dik ta’ Higuaín ma’ Juventus għal somma rekord ta’ €90m. Rajna wkoll l-akkwist ta’ Pjanić mingħand ir-rivali Roma, kif ukoll ta’ Dani Alves mingħand Barcelona b’xejn. Plejers li sa ftit snin ilu lanqas biss konna noħolmu li narawhom fil-grawnd tagħna. Ma nistgħux ninsew l-akkwisti ta’ Benatia u Cuadrado b’self mingħand Bayern u Chelsea u l-akkwisti taż-żgħażagħ Pjaca u Lemina, plejers li żgur ħa jibqgħu juru l-potenzjal tagħhom u jsiru plejers rinomati għall-aħħar.

Suq ta’ trasferimenti vot ta’ 8. Kieku rajna l-Witsel konna ntuh 9 imma xorta waħda nemmen li għandna nkunu entużjasti li dis-sena għandna skwadra kompetittiva għall-aħħar kemm fl-Italja kif ukoll fl-Ewropa

dical-banner-1200×280