Grupp ta’ Maltin membri tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero waslu f’Porto u qattgħu l-aħħar sigħat flimkien iżuru partijiet ta’ din il-belt mill-isbaħ.

Ma’ dan il-grupp għada jingħaqad grupp ieħor ta’ membri tal-klabb, biex flimkien se jkunu l-uniku grupp ta’ membri Maltin li għamlu dan il-vjaġġ twil għall-Portugall biex jsegwu l-logħba miċ-Champions League bejn Juventus u Porto f’Estádio do Dragão.

B’hekk il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jkompli jkun il-klabb li jassisti lill-Maltin għal logħob barra minn Turin. Il-klabb għen lil dawn il-membri jakkwistaw biljetti tajbin fil-grawnd u huma megħjuna wkoll minn membri tal-Kumitat li qed jakkumpanjawhom.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280