Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir javża li rċieva l-ewwel sett ta’ tesseri tal-membri reġistrati mas-sistema li qabel kienet magħrufa bħala DOC, jiġifieri s-sħubija diretta ma’ Juventus.

Fl-istess waqt, il-klabb qed jistenna li jaslu wkoll dawk li saru riċentament, jiġifieri dawk li saru fl-aħħar ġimgħat.

Fid-dawl ta’ dan int mistieden biex tiġi sal-klabb biex tiċċekkja jekk it-tessera tiegħek waslitx jew le. Dawk li għadhom ma ġabrux it-tessera tal-klabb jistgħu jagħmlu dan ukoll.

Għal dan il-għan, il-klabb se jkun miftuħ nhar il-Ġimgħa li ġej, is-16 ta’ Novembru, bejn il-17:00 u d-21:00. Dawk li ma jistgħux jattendu dakinhar, jistgħu jiġbru t-tessera tagħhom waqt il-logħob li jmiss ta’ Juventus.