Il-JCMCB Bar & Grill ġie uffiċjalment rikonoxxut minn TripAdvisor bħala ristorant ta’ kwalità.

Din il-marka ta’ kwalità tingħata minn TripAdvisor meta s-sit, f’dan il-każ il-bar u ristorant fi ħdan il-klabb, ikunu ġew rikonoxxuti minn dawk li użawh b’numru ta’ reċensjonijiet.

Fil-fatt, il-JCMCB Bar & Grill fl-aħħar ftit xhur qala’ ammont ta’ reċensjonijiet li kollha huma ta’ ħames stilel b’kummenti pożittivi minn membri li jużawh waqt il-logħob kif ukoll klijenti li krew is-swali tal-klabb bis-servizz offrut mill-JCMCB Bar & Grill.

Waqt li rċeviet dan ir-rikonoxximent, it-tmexxija tal-JCMCB Bar & Grill issa għaddejja wkoll b’ħidma bla heda għall-World Cup Village fejn se jixxandru l-logħob kollha tat-Tazza tad-Dinja 2018.