Il-Kumitat javża li mhux f’pożizzjoni jaċċetta iżjed bookings għal imwejjed fiż-żona tal-JCMCB Bar & Grill waqt il-logħba bejn Juventus u Porto. Dan wara li rċevejna bookings għal iżjed minn 140 persuna.
Madankollu l-Kumitat ifakkar li l-kwartieri ġodda tqassmu b’tali mod li issa għandna żewġ swali, waħda minnhom bis-siġġijiet u l-oħra okkupata mill-JCMCB Bar & Grill li jistgħu jakkomodaw mijiet ta’ persuni b’kumdità.
Hekk kif qed nistennew udjenza kbira ħafna, nirrakkomandaw lil dawk li jixtiequ jaraw il-logħba magħna, biex jaħsbu kmieni f’każ li jixtiequ jpoġġu bilqiegħda.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






