Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir qed jagħti d-dettalji ta’ party ieħor Juventin għas-seba’ sena konsekuttiva.
Biex tkun iċċelebrata doppjetta storika, il-klabb din is-sena qed isejjaħ lill-Juventini Maltin għal party bil-parteċipazzjoni ta’ tlieta mill-aqwa DJs Juventini f’Malta: JD Patrick, Frank Zammit u Gianni Zammit.
Għal din is-sena ċ-ċelebrazzjonijiet, li issa saru sinonimi mal-klabb, se jsiru fis-swali tal-klabb bl-attivitajiet jibdew bi pre-party fis-14:30.
Dawk preżenti se jsegwu l-logħba kontra Hellas Verona u jistgħu jgawdu minn mużika tal-aqwa kwalità eżatt mat-tmiem. Il-party imbagħad iwassalna għall-preżentazzjoni tat-trofew.