Il-Juventus Club Cuore Bianconero jħabbar li beda jilqa’ deposits għall-biljetti ta’ logħob ta’ Juventus mill-kampjonat tas-Serie A 2017/18.

Fl-aħħar jiem il-klabb irċieva diversi bookings għal logħob differenti, bl-iktar popolari jkunu dawk kontra Inter, Milan (fir-ritorn ta’ Leonardo Bonucci fl-Allianz Stadium) kif ukoll l-aħħar logħba tal-kampjonat fl-Allianz Stadium li timmarka wkoll l-aħħar logħba tal-goalkeeper Gianluigi Buffon. Dan minbarra l-logħob ta’ żmien il-Milied, minħabba li ħafna jkunu bil-vaganzi.

Bil-klabb joffri garanzija ta’ biljetti lil dawk li jafdaw fih, se tintuża s-sistema first come first served, fejn min jibbukkja l-ewwel ikun l-ewwel li jinqeda u dawk li jiġu wara jinqdew sakemm iservu l-biljetti.

Biex wieħed jibbukkja għal biljett jew tour tal-klabb irid ikun membru tal-klabb (is-sħubija tista’ ssir malli jitħallas id-deposit) u jintalab deposit ta’ €50 (li magħhom tiżdied miżata ta’ amministrazzjoni ta’ €5). Id-deposit hu rifondibbli sakemm min iħallsu jikkanċella minn żmien raġjonevoli qabel il-logħba.

Il-klabb jiftaħ kull nhar ta’ Ħamis bejn is-18:00 u s-19:30.