Dawk li llejla jattendu l-klabb għal-logħba kontra Milan, se jkunu jistgħu jibbukkjaw post għall-ikla li qed jorganizza l-Juventus Club Malta Cuore Bianconero fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied.

Għal din is-sena ntgħażlet id-data tal-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru u mill-ġdid qed tkun organizzata serata f’The Palace Hotel ta’ Tas-Sliema, sponsors tal-klabb li dejjem wassluna għal tifħir għall-kwalità u abbundanza ta’ ikel f’kull attività organizzata għandhom.

Dawk li jattendu, apparti ikel fuq bażi buffet, se jiġu offruti wkoll inbid, birra, soft drinks u ilma bla limitu.

L-attività tibda fit-20:30, bi prezz ta’ €32 għall-kbar, €10 għal tfal ta’ bejn il-5 u t-12-il sena u b’xejn għal tfal iżgħar. Se jiġi offrut ukoll set menu għal €12.50.