Matul il-jiem li għaddew il-Kumitat kien impenjat b’xogħol li mhux biss hu relatat mal-manutenzjoni tas-swali tal-klabb imma wkoll mat-tiżjin għal dawn il-jiem ta’ festi.

Dan hekk kif il-Kumitat jixtieq joffri l-aħjar atmosfera lil dawk kollha li se jattendu fil-klabb fil-ġimgħat li ġejjin.

Diċembru se jkun xahar iffullat b’logħob importanti kontra Inter, Torino, Roma, Atalanta, Sampdoria kif ukoll Young Boys fiċ-Champions League.

Dan apparti li s-swali tal-klabb se jkunu qed jintużaw kważi kuljum b’sensiela ta’ attivitajiet, festini u parties organizzati minn persuni li għażlu l-klabb għas-servizzi mill-aqwa offruti mill-JCMCB Bar & Grill. Fil-kalendarju, insibu wkoll ġranet fejn hemm iktar minn attività waħda għaddejja fl-istess ħin.

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280