It-Tazza tad-Dinja tar-Russja ġabet magħha wkoll esperjenza ġdida u eċċitanti għall-JCMCB Bar & Grill li għall-ewwel darba qed joffri World Cup Village.
Biex seta’ jsir dan, kien hemm bżonn investiment qawwi, fost oħrajn biex is-swali tal-klabb ikunu attrezzati b’żewġ big screens, 7 settijiet tat-televiżjoni kif ukoll terrazzin armat bħala chill out area u b’televiżjonijiet oħra.
Introdotta wkoll kreattività kbira fl-ikel offrut mill-JCMCB Bar & Grill hekk kif għal kull logħba, se tiġi offruta pizza b’ikel tradizzjonali tal-pajjiż li jkun qed jilgħab.
Dan minbarra li s-swali joffru wkoll diversi benefiċċji oħra fosthom arja kundizzjonata, għażla vasta ta’ birra u xorb ieħor għal prezz irħis, diversi offerti kif ukoll diversi postijiet ta’ parkeġġ b’xejn.






