Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero javża li Juventus fetħu l-perjodu għat-tiġdid u applikazzjonijiet għat-Tessera del Tifoso.

Il-Kumitat ifakkar ukoll li fl-istaġun li għadda, Juventus bdew jitolbu l-pussess ta’ Tessera del Tifoso għal-logħob fl-Allianz Stadium.

It-Tessera del Tifoso, valida għal għaxar snin, hi utli wkoll għal dawk li jixtiequ jiksbu biljetti mingħand sidien ta’ season tickets kif ukoll dawk li qed jaħsbu li jattendu għal logħob barra minn dar Juventus.

Fil-każ tal-JOFC Membership, li qabel kienet id-DOC, Juventus qalbu għal sistemà ta’ e-card. Dan ifisser li, ladarba l-applikazzjoni tkun approvata, il-membri jirċievu t-tessera permezz ta’ email u ma jkollhomx il-bżonn li jiġbruha personalment.

Infakkru li biex issir it-Tessera del Tifoso mal-klabb, hemm bżonn li tkun membru attiv tal-klabb kif ukoll tapplika għall-JOFC Card.

Dawk interessati li jiksbu iktar informazzjoni huma mitluba jikkomunikaw mal-klabb fuq tdt@juventusmalta.com.