Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero javża li minn għada, waqt l-Open Day li se ssir għada fil-klabb bejn l-10:00 u l-16:00, se jkunu qed jintlaqgħu l-ewwel bookings għal-logħob ta’ Juventus.

Kif wieħed jista’ jimmaġina, bl-Allianz Stadium li hu limitat ferm fl-ispazju u b’miljuni ta’ partitarji madwar id-dinja, l-ammont ta’ biljetti huma limitati ferm għal kull klabb uffiċjali.

Fid-dawl ta’ dan, il-klabb jirriserva d-dritt li jagħlaq il-bookings għal-logħob li għalihom id-domanda tkun waħda qawwija. Dan waqt li l-membri jinqdew fuq bażi ta’ min ibbukkja l-ewwel sakemm ikun hemm disponibbiltà ta’ biljetti.