Il-party li ta’ kull sena jorganizza l-Juventus Club Malta Cuore Bianconero għat-tfal Juventini se jirritorna din is-sena wkoll wara s-suċċess tal-edizzjonijiet preċedenti.

B’ikel frisk grazzi għall-JCMCB Bar & Grill, rigal għal kull tifel u tifla li jattendu, kif ukoll entertainment, din is-sena wkoll il-party tal-Milied jipprometti pjaċir għal dawk kollha preżenti.

Dan kollu għall-prezz ta’ €8 biss, bil-party li se jsir nhar is-Sibt 29 ta’ Diċembru, fid-9.30am. Dawk li jixtiequ li t-tfal tagħhom jattendu jridu jibbukkjaw billi jħallsu fil-klabb qabel il-logħob ta’ Juventus.