Bejn il-Ġimgħa 25 u l-Ħadd 27ta’ Mejju, f’pajjiżna se jkun hawn żewġ leġġendi ta’ Juventus: Luigi De Agostini u Roberto Tricella.
Luigi De Agostini, li fl-Italja jmexxi wkoll skola tal-futbol għat-tfal, se jkun f’pajjiżna għal kamp ta’ taħriġ b’kollaborazzjoni ma’ Pembroke Athleta għal tfal li twieldu fl-2007, 2008, 2009 u 2010.
Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju se ssir ukoll finger food reception, fil-klabb ta’ Pembroke Athleta, għal prezz ta’ €15 għall-kbar, €10 għal dawk taħt it-13-il sena u b’xejn għal tfal ta’ taħt il-ħames snin. Għal din l-attività jattendu kemm Luigi De Agostini u Roberto Tricella.
Min jixtieq jinkiteb għal dawn l-attivitajiet jista’ jċempel fuq 7957 3818 jew 9922 1742.
Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed jappoġġja dawn l-attivitajiet.