Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ddikjara lil numru ta’ persuni bħala Gold Members bħala turija ta’ apprezzament tal-għajnuna tagħhom matul l-aħħar staġun.
Fost dawn hemm sponsors, li għenu b’mod finanzjarju jew inkella b’xogħol manwali, kontributuri u qarrejja tal-provi tal-websajt kif ukoll uħud li offrew ħin u materjal għal attivitajiet li saru matul l-istaġun.
Il-cards tqassmu waqt preżentazzjoni li saret bħala parti mill-Open Day tas-Sibt fil-premises tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Imrieħel.
Il-Kumitat jirringrazzja lil dawn il-persuni u jistieden lil kull min jixtieq jinvolvi ruħu iżjed fil-klabb biex jagħmel kuntatt mal-membri tal-istess kumitat.






