Alberto Ferrarini, mental coach ta’ Leonardo Bonucci, tkellem dwar l-esperjenza tad-difensur ma’ Milan s’issa u kellu kritika lejn l-attitudni tal-plejer.
“Minn issa, Leonardo Bonucci għandu jibda parentesi ġdida ma’ Milan. Jaf li mess il-qiegħ u issa jrid iqum u jsir iktar b’saħħtu minn qatt qabel. Jaf li mhux il-Bonucci li kien ma’ Juventus,” iddikjara Ferrarini.
Kompla li “Bonucci għandu jagħmel pass lura u jirritorna l-faxxa ta’ captain. Forsi b’hekk iħoss inqas responsabbiltà u jiffoka iżjed fuqu nnifsu. Hu neċessarju li jieħu banju t’umiltà għaliex il-mod kif intlaqa’ f’Milan għollewlu l-ego tiegħu sal-quċċata ta’ binja kbira.”
Sors: Alfredo Pedullà
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com