Ix-xogħol ma jaqta’ xejn fil-premises ġodda tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero hekk kif qed noqorbu lejn tmiem l-2016, u l-bidu ta’ sena ġdida mimlija opportunitajiet mill-iktar interessanti għall-klabb.
Fl-aħħar jiem, b’membri tal-Kumitat iqattgħu iżjed minn 12-il siegħa kuljum jaħdmu, fil-premises ġodda tlestiet l-installazzjoni tad-dawl waqt li bdiet tasal l-għamara.
Beda wkoll xogħol estensiv tal-installazzjoni ta’ servizzi oħra, fosthom l-arja kundizzjonata kif ukoll is-sistema tas-sound li tirrikjedi ħafna xogħol hekk kif dawn il-premises huma ferm ikbar minn dawk attwali.
Kif wieħed jista’ jimmaġina, premises ferm ikbar jirrikjedu spejjeż inkredibbli. Fid-dawl ta’ dan il-klabb qed jappella lil min kapaċi jaħdem manwalment u jixtieq jgħin fix-xogħol jew inkella jappoġġjana bl-għoti ta’ sponsorships biex jagħmel kuntatt magħna fuq admin@juventusmalta.com.
Il-klabb joffri fost l-iktar pakketti ta’ riklamar attraenti għal min jappoġġja lill-klabb f’dan il-mument kruċjali. Dan minbarra li hu ż-żmien ideali għal kumpaniji jew individwi biex xogħolhom jidher fost udjenza ferm kbira, mal-ftuħ tal-premises fi Frar.










