Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero akkwista żewġ tpinġijiet ġodda tal-artist lokali Kyle Duca, biex jiżdiedu mal-kollezzjoni esebita f’waħda mis-swali tal-klabb.

It-tpinġijiet huma tal-ikbar akkwist riċenti fl-istorja ta’ Juventus, Cristiano Ronaldo, kif ukoll tal-captain attwali fl-iskwadra, id-difensur Giorgio Chiellini.

Dawn se jkunu għat-tgawdija tal-membri biswit il-kumplament tal-kollezzjoni, li wkoll hi ffurmata minn tpinġijiet tal-istess artist.