L-edizzjoni ta’ llejla tal-JCMCB Live Chat Show se jkollha bħala mistieden speċjali lil Joseph Tedesco, President tal-Manchester United Supporters’ Club Malta. Dan hekk kif din l-inizjattiva mmexxija mill-President Onorarju Jean Borg, issa se tkun qed tlaqqana mat-tmexxija ta’ supporters’ clubs oħra li joperaw minn Malta.

Meta wieħed iqis il-ħbiberija storika bejn Juventus u Manchester, b’mod speċjali fi żmien it-tmexxija ta’ Sir Alex Ferguson, hu xieraq li l-ewwel mistieden minn klabb ieħor ikun il-President tal-eqdem supporters’ club ta’ Manchester United fid-dinja.

Fil-JCMCB Live Chat Show ta’ llejla jkun hemm ukoll l-intervent ta’ Marbert Aquilina, membru leali tal-klabb li se jkun qed jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu u l-imħabba tiegħu lejn Juventus.

JCMCB Live Chat Show tixxandar illejla bejn is-19:00 u t-20:00. Tista’ ssegwi l-aħħar edizzjoni, li fost oħrajn tinkludi lill-President ta’ żewġ supporters’ clubs oħra ta’ Juventus li joperaw f’Malta, billi tagħfas hawn.