Nhar is-Sibt li ġej, fil-bini tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Imrieħel, se ssir open day fejn se nkunu qegħdin niftħu r-reġistrazzjoni għat-tessera tal-klabb u dik tad-DOC għall-istaġun li jmiss. Se nkunu qegħdin inqassmu wkoll ir-rigali tad-DOC ta’ dan l-istaġun.

Il-benefiċċji tas-sħubija DOC tistgħu tarawhom hawn: Għala jaqbillek tkun membru DOC?

Matul il-ġurnata jistgħu jinġabru wkoll ir-ritratti li ttieħdu waqt l-attività ma’ Fabrizio Ravanelli.

Il-klabb jiftaħ sa mid-9:00 u matul il-ġurnata jkun hemm logħob tal-playstation u wkoll wirja ta’ memorabilia storiċi Juventini bit-tema: ‘Il-Juventus f’Malta’.

Se jkollna flokkijiet ta’ logħob storiku kontra klabbs lokali matul is-snin, kif ukoll artikli, ritratti u posters fost l-oħrajn. Dawn ġentilment ġew mgħoddija lilna minn Noel Borg (Storia di un Grande Amore) u Kenneth John Formosa (Malta Football Collection Museum).

Nistednukom iżżuru l-paġni tagħhom u tħallu Like bħala turija ta’ appoġġ lejn nies li jwettqu sagrifiċċji kbar biex poġġew lil Malta fuq il-mappa ta’ dawn il-memorabilia.

Nittamaw li narawk u nistednuk tħeġġeġ lil sħabek biex jingħaqdu mal-akbar klabb Juventin barrani fid-dinja.

Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
L-Imrieħel.