Għal darb’oħra f’dan iż-żmien ta’ Marzu, it-tim tal-Primavera ta’ Juventus ħa jkun qiegħed fost il-protagonisti tat-turnew ta’ Viareggio li jsir ta’ kull sena.
Dan it-turnew huwa fost l-iżjed prestiġjużi f’din il-kategorija u hekk kif wasal fid-69 edizzjoni tiegħu, ħafna timijiet iħarsu lejh bħala miżien għall-ħidma li tkun saret fl-akkademji tagħhom.
Juventus, li huma anke d-detenturi tat-titlu, se jkunu qegħdin jilagħbu fi Grupp 1 fejn ħa jiltaqgħu maċ-Ċeki ta’ Dukla Praga, il-Kanadiżi ta’ Toronto FC li se jkunu qegħdin jagħmlu d-debutt tagħhom grazzi anke għall-ħidma tal-eks Juventus u eks Toronto Roberto Bettega sabiex jipparteċipaw u t-Taljani ta’ Maceratese.
Naturalment, Juventus huma meqjusa favoriti, iżda t-timijiet soliti ta’ Inter, Atalanta u Milan se jkunu qegħdin jisfidaw lit-tim ta’ Fabio Grosso.
Ma jonqosx li matul din l-edizzjoni, se nkunu qegħdin nagħtukom l-aħħar informazzjoni fuq l-andament ta’ Juventus.
Logħbiet:
Għada/Illum: Juventus vs Dukla Praga fit-15.00.
L-Erbgħa: Juventus vs Toronto fit-15.00.
Is-Sibt: Juventus vs Maceratese fit-15.00.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com