It-tim ta’ Fabio Grosso għamel ċert mill-kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss tat-tournament ta’ Viareggio wara rebħa konvinċenti fuq Maceratese bl-iskor ta’ 4-1.

Grazzi għal dawn it-tliet punti, it-tim ta’ Juventus spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika b’seba’ punti, wara żewġ rebħiet, dik tal-lum u kontra Dukla Praga, u draw kontra Toronto FC.

Il-Bianconeri huma mistennija jilagħbu l-partita tagħhom nhar l-Erbgħa li ġej, bl-avversarju għadu mhux konfermat.

Konxji mill-fatt li b’rebħa biss setgħu ikunu ċerti li jgħaddu mill-grupp, il-ġganti minn Turin ħarġu fuq l-offensiva mill-ewwel iżda rnexxielhom jiskurjaw minuti biss qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Gabriele Bove, bi free-kick stupend bħal ma jaf joffri hu.

Fit-tieni taqsima, l-iskor sar 2-0 mill-ewwel meta Filip Vasko sab ix-xibka. Maceratese ma qagħdux lura u sabu t-2-1 ftit wara iżda lejn l-aħħar tal-partita, Andi Zeqiri u s-sostitut Gabriele Galtarossa għamlu ċert mir-rebħa għal Juventus.

L-ewwel ħdax ta’ Juventus: Loria; Semprini, Vasko, Coccolo, Rogerio; Merio, Touré, Kanouté; Bove, Mosti; Mancini

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280