Jidher li Juventus u Cesena laħqu ftehim biex il-midfielder Italo-Albaniż Alessandro Ahmetaj jingħaqad ma’ Juventus.

Jekk it-trasferiment iseħħ, Ahmetaj, li għad għandu 16-il sena, ikun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Fabio Grosso mal-Primavera.

Ahmetaj hu meqjus fost l-aqwa fil-kategorija tiegħu, u hu wkoll plejer regolari tat-tim nazzjonali Taljan fil-livell ta’ taħt is-16-il sena.

Sors: Corriere di Romagna

dical-banner-1200×280