Juventus Women fetħu l-kampanja 2018/2019 b’rebħa ta’ 2-0 fuq Ferencváros tal-Ungerija, ġewwa Vinovo quddiem pubbliku numeruż.
Iż-żewġ gowls waslu permezz ta’ tnejn mill-akkwisti l-ġodda, hekk kif Cristiana Girelli fetħet l-iskor filwaqt li Lianne Sanderson għamlithom 2-0.
Ferencváros huma rebbieħa ta’ żewg kampjonati Ungeriżi u erba’ tazzi domestici.
Fl-2016, huma kienu fl-istess grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Women’s Champions League maċ-champions Maltin ta’ dak iż-żmien, Hibernians. L-Ungeriżi kienu ħarġu rebbieħa 4-0.
Sors: Juventus
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com