L-avventura ta’ Juventus Women fil-UEFA Women’s Champions League bdiet bi draw hekk kif it-tim minn Turin qasam erba’ gowls fi draw ta’ 2-2 kontra d-Daniżi ta’ Brøndby.

F’partita missielta sal-aħħar, Juventus marru fil-vantaġġ permezz ta’ Barbara Bonansea li b’xutt mill-isbaħ fetħet l-iskor għal Juventus ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Madankollu, Brøndby, li jgawdu minn esperjenza vasta f’din il-kompetizzjoni, sabu x-xibka darbtejn biex dawru l-iskor favurihom.

Juventus baqgħu jissieltu sabiex jieħdu tal-inqas draw magħhom lejn id-Danimarka u rnexxielhom jagħmlu dan permezz ta’ Bonansea li b’azzjoni personali, għalqet l-iskor 2-2.

It-tieni leg jintlagħab fis-26 ta’ Settembru.

L-ewwel ħdax għal Juventus Women f’din il-partita storika: Giuliani; Hyyrynen, Gama, Salvai, Boattin; Sikora, Ekroth, Galli; Bonansea, Girelli, Cernoia.

Sors: RMC Sport 1

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280