It-tim tan-nisa ta’ Juventus irreġistra t-tieni rebħa konsekuttiva fis-Serie A wara li ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 3-0 kontra Florentia Women.

Barbara Bonansea skurjat doppjetta spettakolari, permezz ta’ free kick u takkuna, biex issa saret l-ewwel plejer ta’ Juventus Women li laħqet iċ-ċifra ta’ 25 gowl.

It-3-0 wasal permezz ta’ Valentina Cernoia minn penalty, sabiex Juventus baqgħu bla telfa wara żewġ logħbiet fil-kampjonat.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280