Juventus Women ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Atalanta Mozzanica, fil-ħames partita tal-kampjonat, ġewwa Vinovo.

L-Atalanta kienu minn fuq, wara awtogowl ta’ Cecilia Salvai kmieni fil-partita.

Juventus ġabu d-draw ftit wara permezz ta’ Eni Aluko u mumenti wara, Cristina Girelli kellha ċans li ddawwar ir-riżultat iżda ma rnexxilhiex tikkonverti penalty f’gowl.

Minkejja l-pressjoni enormi fuq l-avversarji, Juventus ma rnexxilhomx jiksbu l-gowl tar-rebħa.

It-tim immexxi minn Rita Guarino jirritorna fl-azzjoni nhar l-Erbgħa, kontra Orobica Calcio Bergamo, ġewwa Vinovo.

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280